|
Mons. Arcisqof Dom Maurus Caruana O.S.B. |
Kien nhar il-Hadd 30 ta' Ottubru 1932 li l-Isqof Dom Mawru Caruana O.S.B., fil-festa ta' Kristu Re, fuq il-fosos tal-Furjana, ghamel din ir-rizoluzzjoni: "Malta Kattolicissima, migbura bl-eluf madwar l-Isqof taghha, b'qima lil Kristu Re titlob lill-Missier u Mghallem l-infallibilta' ta' kull min jemmen, li joghgbu jwettaq it-twemmin taghhom ta' bosta mijiet ta' snin, billi jiddefinixxu bhala Domma tal-fidi l-Assunzjoni ta' Marija Santissima fis-sema." Grajja ohra f'mument opportun kienet nhar it-13 ta' Dicembru 1932, waqt il-proklamazzjoni fil-Bazilika tas-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu. L-Isqof ta' Ghawdex, Mons. Mikiel Gonzi, f'ismu, f'isem il-kleru u f'isem il-poplu li ngabar bl-eluf ghac-celebrazzjoni, baghat telegramma b'talba lill-Papa Piju XI biex joghgbu jipproklama l-Assunzjoni ta' Marija fis-sema bid-Domma tal-Fidi Kattolika. Wara snin ta' nkwiet bejn in-nazzjonijiet bdiet issehh paci relattiva, u kien f'dawn iz-zminijiet li diversi movimenti Kattolici madwar id-dinja kollha bdew hidma ntensiva favur id-Domma ta' l-Assunzjoni. |
|
Ghal Malta dan kien meqjus bhala gieh u dmir li l-poplu kollu jinaghqad flimkien sabiex jiehu sehem f'dan il-moviment halli titqieghed din il-gawhra gdida u glorjuza fil-kuruna ta' Sidtna Marija. Ghandna ghalfejn nafuhulHa bil-kbir lill-Vergni Marija talli bis-sahha taghha kien wasal bis-sliem il-Konvoj tant mehtieg ghall-Maltin, li dahal mirakolozament fil-port taghna fil-15 ta' Awissu 1942. Hadd ma jista' jichad l-imhabba tassew specjali li Marija Santissima sa minn dejjem uriet lejn uliedHA. Halli ghalhekk min-naha taghna, ilkoll kemm ahna, ingeddu u nqajmu l-imhabba u l-qima li sa minn dejjem il-poplu Malti kellu lejn il-Madonna, u naghtu prova cara tal-fedelta' taghna bhala wliedHA! |
Ghal dan l-appell pubbliku, xejn anqas minn 46,200 familja (madwar 164,800 ruh) iffirmaw il-petizzjoni fi zmien relattivament qasir. Nhar il-Hadd 22 ta' Settembru 1946, fl-okkazjoni tal-Kungress ta' l-Azzjoni Kattolika Maltija, fit-Tempju ta' Marija Assunta fil-Mosta, Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi tkellem dwar l-inizjattiva mehuda mill-ghaqda 'Children of Mary' sabiex jingabru firem minghand Maltin u Ghawdxin ghall-petizzjoni favur id-definizzjoni tad-Domma ta' l-Assunzjoni. |
Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi |
|
|
"Il-qdusija tieghu, il-Papa, ser jiddefinixxi u jipproklama nfallibilment fil-festa tal-Qaddisin kollha (nhar 1 ta' Novembru), id-duttrina ta' l-Assunzjoni ta' Marija Santissima fis-sema." Billi kien mistenni li jkun hemm ghadd kbir ta' pellegrini ghac-cerimonja tal-proklamazzjoni tad-Domma ta' l-Assunzjoni, il-Papa ddispona li l-attivita' ssir fil-Pjazza San Pietru, nhar l-erbgha l-1 ta' Novembru 1950, filoghdu. Il-Pontifikal solenni tal-Papa sar immedjatament wara fil-Bazilika San Pietru. |